Sinagoga Antika (Erfurt)

Is-Sinagoga Antika ta' Erfurt.

Is-Sinagoga Antika (bil-Ġermaniż: Alte Synagoge) f'Erfurt, il-Ġermanja, hija waħda mill-iżjed sinagogi Medjevali ppreservati sew fl-Ewropa, u l-iżjed partijiet antiki tagħha jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 11. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-binja jmorru lura għall-ħabta tal-1250-1320. Minħabba l-fatt li s-saqaf tagħha għadu sħiħ, huwa maħsub li hija l-eqdem binja ta' sinagoga intatta fl-Ewropa u fid-dinja.

Mill-2009 bdiet tintuża bħala mużew tal-istorja Lhudija lokali. Il-mużew jospita t-Teżor ta' Erfurt, li huwa magħmul minn għadd kbir ta' muniti Medjevali, oġġetti tal-arġentiera (tad-deheb) u ġojjellerija, li nstab fl-1998. Fih ukoll repliki tal-Manuskritti ta' Erfurt bl-Ebrajk, li huma kollezzjoni importanti ta' testi reliġjużi tas-sekli 12-14 tal-komunità Lhudija Medjevali ta' Erfurt.[1]

Il-proġett tas-Sinagogi Storiċi tal-Ewropa, li twettaq miċ-Ċentru għall-Arti Lhudija fl-Università Lhudija ta' Ġerusalemm, wassal biex is-Sinagoga Antika ta' Erfurt tingħata klassifikazzjoni tal-ogħla livell ta' importanza: 4 (Internazzjonali) – "Il-binja hija ta' importanza arkitettonika, urbana jew storika straordinarja. Għandha karatteristiċi uniċi u/jew hija partikolarment influwenti internazzjonalment bħala mudell arkitettoniku".[2][3]

Fl-2023, is-Sinagoga Antika ta' Erfurt tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' siti Lhud Medjevali oħra f'Erfurt.[4]

  1. ^ "History of the Old Synagogue". Jüdisches Leben (bl-Ingliż). 2014-05-01. Miġbur 2023-10-04.
  2. ^ "Erfurt Treasure". Jüdisches Leben (bl-Ingliż). 2017-08-09. Miġbur 2023-10-04.
  3. ^ "Erfurt Hebrew Manuscripts". Jüdisches Leben (bl-Ingliż). 2014-05-01. Miġbur 2023-10-04.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jewish-Medieval Heritage of Erfurt". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-04.

© MMXXIII Rich X Search. We shall prevail. All rights reserved. Rich X Search